Service tools
Selettur tal-lingwa
Additional tools
Il-paġna pubblika tat-tiftix dwar it-trasparenza tal-għajnuna mill-istat tagħti aċċess għad-data dwar min ħa b'mod individwali għajnuna mill-istat, liema data tkun provduta mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti tat-trasparenza Ewropej għall-għajnuna mill-istat.
L-għan tar-rekwiżiti tat-trasparenza huwa li tkun promossa l-kontabbiltà tal-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna u biex jitnaqqsu l-inċertezzi fis-suq għall-għajnuna mill-istat billi ċ-ċittadini u l-kumpaniji jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment l-informazzjoni relevanti dwar l-għajnuna li tkun ingħatat, bħall-isem tal-benefiċjarju, l-ammont, il-post, is-settur u l-għan.
Informazzjoni komplementarja dwar l-għajnuniet kollha awtorizzati mill-istat fl-UE, fosthom informazzjoni b'rabta mar-rekwiżit tat-trasparenza, tista' tinstab fil- bażi tad-data tal-każijiet dwar il-kompetizzjoni.