europass

Have time for a quick survey?

We want to provide you with the best experience, so your feedback is very valuable to us. All you need to do is answer 5 simple questions

Takes 3 minutes

or

Ippjana t-Tagħlim tiegħek

Tista’ ssawwar il-perkors tat-tagħlim tiegħek u tippjanah permezz tal-għodod tal-Europass. Il-Europass jista’ jappoġġjak biex tirrifletti u tirreġistra l-ħiliet tiegħek biex issib l-opportunità t-tajba għalik, sew jekk għadek kif spiċċajt l-iskola sew jekk inti professjonist b’esperjenza li qed tfittex li tikseb ħiliet ġodda. 

Irrifletti fuq il-ħiliet tiegħek

Qabel ma tibda esperjenza ġdida ta’ tagħlim hu importanti li tirrifletti fuq l-esperjenzi preċedenti tiegħek u l-ħiliet li diġà għandek. Dan jippermettilek tara l-valur tal-ħiliet u l-esperjenzi tiegħek biex jiggwidawk fid-deċiżjonijiet futuri tiegħek. Ipprova inkludi l-ħiliet kollha li ksibt:

  • barra mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ formali,
  • matul l-esperjenzi ta’ xogħol tiegħek,
  • waqt volontarjat,
  • tagħlim online,
  • permezz tal-passatempi u
  • minn proġetti, premjijiet u kisbiet oħrajn.
Young woman thinking about her future

Irreġistra l-ħiliet, il-miri ta’ tagħlim u ta’ karriera tiegħek fil-Europass

Tista’ toħloq il-profil personali tal-Europass tiegħek biex tirreġistra l-ħiliet u l-esperjenzi kollha tiegħek biex dejjem ikollok stampa ċara u aġġornata tal-kisbiet tiegħek f’post wieħed. Tista’ toħloq rekord personali tal-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenzi kollha tiegħek. Tista’ wkoll iżżid jew toħloq taqsimiet ġodda mal-profil tiegħek biex tiddeskrivi proġetti, kisbiet u passatempi li int kburi bihom.

Fit-taqsima Il-Ħiliet Tiegħi tal-Europass tiegħek, tista’ tibni ħarsa ġenerali tal-ħiliet kollha tiegħek. Il-Europass se janalizza l-informazzjoni fil-profil tiegħek u jipprovdik b’lista ta’ ħiliet, għarfien u kapaċitajiet li jirriflettu l-esperjenza tiegħek.

Fit-taqsima L-Interessi Tiegħi tal-Europass tiegħek, tista’ tiddefinixxi l-miri ta’ tagħlim u ta’ karriera tiegħek u l-interessi tiegħek fil-ħajja. Dawn jistgħu jinkludu attivitajiet u suġġetti li tixtieq tiffoka fuqhom kif ukoll fejn tixtieq tikseb dawn il-miri.

Sib appoġġ permezz tas-servizzi tal-UE