environment ribbon acceptance
system message icon
EUSurvey logo

EUSurvey hu sistema ta' mmaniġġjar tal-istħarriġ onlajn sabiex jinħolqu u jiġu ppubblikati formoli li jkunu disponibbli għall-pubbliku, eż. stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon tal-utenti u konsultazzjonijiet pubbliċi.

(https://ec.europa.eu/eusurvey)

EUSurvey inbena mid-DĠ DIGIT u hu ffinanzjat taħt il-programm ISA², hu kompletament b’sors miftuħ u hu ppubblikat taħt il-liċenzja tal-EUPL. Tista’ tiddawnlowdja l-kodiċi tas-sors minn GitHub: https://github.com/EUSurvey/EUSURVEY/tree/develop

Karatteristiċi

EUSurvey għandu varjetà wiesgħa ta’ karatteristiċi, iddisinnjati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet varji tal-istħarriġ. Il-lista sħiħa ta’ karatteristiċi disponibbli tinsab hawn taħt:

Karatteristiċi tal-Formola

Formoli mfasslin apposta

Fl-editur li hu faċli għall-użu tista' tagħżel minn varjetà ta' tipi ta' mistoqsijiet - minn test sempliċi għal mistoqsijiet b'għażla multipla kif ukoll mistoqsijiet tal-ispreadsheet jew elementi għal stħarriġ multimedia. Agħti struttura lill-istħarriġ tiegħek bl-użu ta’ elementi strutturali speċjali.

Mistoqsijiet dipendenti

EUSurvey jista' juri mistoqsijiet u oqsma addizzjonali, skont it-tweġibiet mogħtija mill-parteċipant biex b'hekk l-istħarriġ ikun interattiv.

Pubblikazzjoni skedata

Ippubblika u neħħi mill-pubblikazzjoni l-istħarriġ tiegħek awtomatikament f’mument speċifiku.

Immodifika l-formola tiegħek wara l-pubblikazzjoni

Inti tista’ tbiddel stħarriġ ippubblikat mingħajr ma jintilef ebda kontribut.

Lingwi

L-interface tal-utent hi disponibbli bit-23 lingwa uffiċjali tal-UE, u inti tista’ tittraduċi l-formola tiegħek fi kwalunkwe waħda mill-136 lingwa koperti mill-ISO 639-1, mill-Abkażi saż-Żulu.

Sigurtà

EUSurvey għandu l-infrastruttura meħtieġa biex il-formoli online ikunu siguri.

Ibgħat inviti direttament mill-applikazzjoni

Fil-"Ktieb tal-Indirizzi" tista' timmaniġġja kuntatti magħżula u tista' tużah biex tibgħat emails individwali lil kull kuntatt uniku li jkun fih links ta’ aċċess individwali.

Privatezza avvanzata

Inti tista’ tiggarantixxi privatezza tal-parteċipant permezz tal-ħolqien ta’ formola anonima. Għalhekk, id-dettalji tal-konnessjoni ma jkunux disponibbli għalik bħala awtur ta’ formola.

Ippersonalizza d-dehra u l-impressjoni

Bl-editur tal-istil CSS integrat u edituri tat-tip embedded rich-text għall-elementi kollha viżibbli, int għandek il-kontroll sħiħ fuq il-mod kif tkun imqassma l-formola. Hemm lista kbira ta' temi tal-istħarriġ li tagħmilha faċli biex taddatta l-formola għal identità ta' proġett. Tista’ tagħżel bejn stħarriġ ta' paġna waħda u stħarriġ b'iktar minn paġna waħda.

Issejvja kontribut bħala abbozz

Tista’ tippermetti lill-parteċipanti jissejvjaw il-kontribut tagħhom bħala abbozz fuq is-server u jkomplu aktar tard.

Tweġibiet offline

Bis-saħħa ta’ EUSurvey, tista’ twieġeb formola offline qabel ma tippreżenta kontribut lis-server fi stadju aktar tard.

Numerazzjoni awtomatika

Biex tistruttura l-istħarriġ tiegħek, EUSurvey jista' jagħti numru lill-elementi tal-formola tiegħek għalik.

Kuntrast imsaħħaħ

Il-parteċipanti li għandhom problemi fil-vista jistgħu jagħżlu verżjoni b’kuntrast qawwi tal-istħarriġ. Din tinħoloq awtomatikament għal kull formola.

Applowdjar ta’ files ta’ appoġġ

Tista’ żżid files mal-istħarriġ tiegħek billi tapplowdjahom. Dawn il-files jistgħu jiġu ddawnlowdjati minn kull parteċipant fl-istħarriġ tiegħek.

Immaniġġjar tal-formola

Naħdmu flimkien

Għal stħarriġiet immaniġġjati minn utenti multipli, EUSurvey jippermettilek tiddefinixxi permessi avvanzati għal utenti oħra biex jittestjaw stħarriġ jew janalizzaw ir-riżultati.

Immaniġġjar tar-Riżultati

Analiżi tar-riżultati tiegħek

EUSurvey joffri kapaċitajiet bażiċi tal-analiżi tar-riżultati u viżwalizzazzjoni tad-data f’istogrammi u grafiċi. Tista’ wkoll tesporta r-riżultati tal-istħarriġ għal formati standard ta' spreadsheets sabiex timpurtahom f'applikazzjonijiet tal-istatistika.

Pubblikazzjoni tar-riżultati tiegħek

Uża l-possibilitajiet li joffri EUSurvey biex tippubblika subsett tat-tweġibiet kollha mogħtija fuq il-paġni interni tal-applikazzjoni. Is-sistema tista' tikkalkula u toħloq statistika u grafiki b’mod awtomatiku.

Editjar tal-kontributi sottomessi

Ħalli lill-parteċipanti tiegħek jimmodifikaw kontribut wara li jkun ġie sottomess, f'każ li jkunu jixtiequ jagħmlu dan.

Teknoloġiji ta’ partijiet terzi

EUSurvey hu bbażat fuq diversi libreriji b’sors miftuħ u riżorsi bla ħlas.
Il-krediti u l-lista tar-riżorsi użati huma aċċessibbli eżattament wara.

Ara l-lista